Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alpiq RomIndustries u Alpiq RomEnergie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-129/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Elettriku – Tariffi preferenzjali – Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108 (2) TFUE – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita fid-data tal-preżentata tar-rikors – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Alpiq RomIndustries Srl (Bukarest, ir-Rumanija) u Alpiq RomEnergie Srl (Bukarest) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2542 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33451 (2012/C) (ex 2012/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali f’kuntratti bejn Hidroelectrica SA u fornituri tal-elettriku.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Alpiq RomIndustries Srl u Alpiq RomEnergie Srl huma kkundannati għall-ispejjeż.