Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – City Index vs UASI – Citigroup and Citibank (CITY INDEX)

(Kawża T-296/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: City Index Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: B. Brandreth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citigroup, Inc. and Citibank, NA (New York, USA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 172/2013-2 li laqgħet l-oppożizzjoni fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “CITY INDEX” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36 u 41 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 7 458 094Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Citigroup, Inc. u Citibank, NATrade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “citi” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 36 u 42, it-trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-elementi verbali “citifinancial” u “citibank”, kif ukoll it-trade marks Komunitarji u nazzjonali “CITICAPITAL”, “CITIMONEY”, “CITIFINANCIAL”, “CITI”, “CITIBOND”, “CITICONNECT”, “CITIBANK” u “CITICARD”Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tal-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni hija parzjalment annullata u l-appl

ikazzjoni għat-trade mark Komunitarja hija parzjalment miċħuda.Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009