Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Ġunju 2015 – Lithomex vs UASI – Glaubrecht Stingel (LITHOFIX)

(Kawża T-273/14) 1

[“Trade Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali LITHOFIX –Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti LITHOFIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti – Assenza ta’ obbligu ta’ eżami relatata mal-prodotti kollha koperti mit-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lithomex ApS (Langeskov, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Ullmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaubrecht Stingel GmbH & Co. KG (Wendlingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Krüger, avukat)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 2280/2012-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaubrecht Stingel GmbH & Co KG u Lithomex ApS.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Lithomex ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.