Language of document : ECLI:EU:T:2015:352





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 —
Lithomex vs UASI – Glaubrecht Stingel (LITHOFIX)

(Kawża T‑273/14)

“Trade Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali LITHOFIX — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti LITHOFIN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Xebh tal-prodotti — Assenza ta’ obbligu ta’ eżami relatata mal-prodotti kollha koperti mit-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 14, 15, 46)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali LITHOFIX u LITHOFIN (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 17, 33, 44, 45, 51)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19-21, 30)

4.                     Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Identifikazzjoni ta’ prodotti jew ta’ servizzi kkonċernati mit-trade mark — Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni — Determinazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi ekonomiċi, tal-estensjoni tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 26(1)(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru2868/95, Artikolu 1, Regola 2(2)) (ara l-punt 27)

5.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Fatti u provi mhux ippreżentati fi żmien utli — Teħid inkunsiderazzjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Uffiċċju (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76) (ara l-punti 37, 38)

6.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Eżami limitat għall-motivi invokati — Eżami ex officio ta’ kwistjoni ta’ dritt — Kundizzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 39)

7.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Karattru distintiv żgħir tat-trade mark preċedenti — Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 50)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Frar 2014 (Każ R 2280/2012‑5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Glaubrecht Stingel GmbH & Co KG u Lithomex ApS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lithomex ApS hija kkundannata għall-ispejjeż.