Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2016 – Zehnder Group International vs EUIPO – Stiebel Eltron (comfotherm)

(Kawża T-267/14) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali comfotherm – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOMFOTHERM – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Pubbliku rilevanti – Interdipendenza tal-kriterji”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Group International AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG (Holzminden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Eberhardt, H. Förster u Y. Holderied, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Frar 2014 (Każ R 1318/2013-4), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn Stiebel Eltron GmbH & Co. KG u Zehnder Group International AG.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Zehnder Group International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 194, 24.06.2014