Language of document : ECLI:EU:T:2016:252





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ April 2016 – Zehnder Group International vs EUIPO – Stiebel Eltron (comfotherm)

(Kawża T-267/14)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali comfotherm – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOMFOTHERM – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh bejn il-prodotti – Pubbliku rilevanti – Interdipendenza tal-kriterji"

1.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 22, 68, 69)

2.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 43, 44)

3.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali comfotherm u KOMFOTHERM (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 26, 39, 45, 52, 66, 71)

4.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark – Rekwiżiti ta’ ċarezza u ta’ preċiżjoni – Determinazzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti u mill-operaturi ekonomiċi, tal-firxa tal-protezzjoni mogħtija mit-trade mark (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 26(1)(c); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 2(2)) (ara l-punt 34)

5.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 50, 55, 63)

6.                     Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Koinċidenza bejn żewġ kategoriji ta’ prodotti jew ta’ servizzi li għandhom destinazzjonijiet differenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 57)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-21 ta’ Frar 2014 (Każ R 1318/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Stiebel Eltron GmbH & Co. KG u Zehnder Group International AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zehnder Group International AG hija kkundannata għall-ispejjeż.