Language of document : ECLI:EU:F:2009:77

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

(It-Tieni Awla)

2 ta’ Lulju 2009

Kawża F-98/08

Bart Nijs

vs

Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 – Rikors manifestament infondat u manifestament inammissibbli”

Suġġett: Rikors, ippreżentat skont l-Artikoli 236 KE u 152 KE, li permezz tiegħu B. Nijs jitlob b’mod partikolari, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri li ma tippromwovihx fl-2008, kif jirriżulta mil-lista ta’ uffiċjali promossi għas-sena 2008, redatta mis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri (Komunikazzjoni lill-Persunal Nru 32-2008 tal-5 ta’ Mejju 2008), peress li ismu ma jidhirx fiha, kif ukoll atti preparatorji sussegwenti għal din id-deċiżjoni, u, min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-Qorti tal-Awdituri għall-ħlas ta’ danni.

Deċiżjoni: Ir-rikors huwa miċħud, in parti, bħala manifestament inammissibbli u, in parti, bħala manifestament infondat. Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż kollha.

Sommarju

Uffiċjali – Rikorsi – Rikors għal annullament – Talbiet għal kumpens – Inammissibbiltà fin-nuqqas ta’ proċedura prekontenzjuża intiża għal kumpens

(regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

Talbiet għal kumpens ikunu manifestament inammissibbli minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża, kif inhi rregolata fl-Artikoli 90 u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal, meta l-uffiċjali ma jkunx ippreżentat, preċedentement, talba għall-kumpens tad-dannu allegat.

(ara l-punt 27)