Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Jannar 2011 - Rubinetterie Teorema vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-370/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Rubinetterie Teorema SpA (Flero, l-Italja) (rappreżentanti: R. Cavani, M. di Muro u P. Preda, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, F. Castillo de la Torre u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 34185 finali, tat-23 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39092 - Installazzjonijiet sanitarji għall-kmamar tal-banju)

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________