Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2021 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-95/21 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Franka ta’ Madeira – Applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna bi ksur tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C(2007) 3037 final u C(2013) 4043 final – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tal-għajnuna – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, L. Borrego, P. Barros da Costa, M. Marques u A. Soares de Freitas, aġenti, assistiti minn M. Gorjão-Henriques u A. Saavedra, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Arenas u G. Braga da Cruz, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji bil-għan, minn naħa, li tinkiseb is-sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8550 final tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) eżegwita mill-Portugall favur iż-Żona Ħielsa ta’ Madeja (ŻĦM) – Skema III u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni tiġi ordnata ma tippubblikax din id-deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sakemm tingħata sentenza fil-kawża prinċipali.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________