Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-10 ta’ Settembru 2021 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid, partijiet oħra: E.N., S.S. u J.Y.

(Kawża C-556/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Partijiet oħra fil-proċedura: E.N., S.S. u J.Y.

Domanda preliminari

L-Artikolu 27(3) u l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru jipprevedi tieni livell ta’ ġurisdizzjoni għal kawżi bħal dik inkwistjoni, huma ma jipprekludux li l-qorti tal-appell toħroġ, fuq talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, matul it-trattament tal-kawża, digriet provviżjorju li għandu l-effett li jissospendi t-terminu għat-trasferiment?

____________

1     ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.