Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Diċembru 2010 - Novartis vs UASI - Sanochemia Pharmazeutika (TOLPOSAN)

(Kawża T-331/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TOLPOSAN - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti TONOPAN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: B. Schmidt, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sanochemia Pharmazeutika AG (Vjenna, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Ġunju 2009 (Każ R 1601/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Novartis AG u Sanochemia Pharmazeutika AG.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 267, 07.11.2009.