Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta' Mejju 2008 - Procter & Gamble vs UASI - Bayer (LIVENSA)

(Kawża T-159/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K.Sandberg, avukat)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Bayer AG (Leverkusen, Il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta' Frar 2008 fil-Każ R 960/2007-2

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 873 978 tat-3 ta' Mejju 2007 ;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż : u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż quddiem il-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja in kwistjoni: It-trade mark verbali "LIVENSA" għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni Nru 004 062 725

Proprjetarju tat-trade mark jew sinjal imsemmi fil-proċeduri ta' oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark jew sinjal imsemmi: It-trade mark Komunitarja "LYVELSA" għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li m'hemm l'ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks ipparagunati.

____________