Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 - Frag Comerico Internacional vs UASI - Tinkerbell Modas (GREEN by missako)

(Kawża T-162/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frag Comerico Internacional, SL (Esparraguera, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Tinkerbell Modas, Ltda (São Paulo, il-Brażil)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) ta' l-14 ta' Frar 2008 fil-Każ R 1527/2006-2;

tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 663 234; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "GREEN by missako" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 25, 35 - Applikazzjoni Nru 3 663 234

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat fil-proċedimenti ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade mark figurattiva Komunitarja "MI SA KO" għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25; it-trade mark figurattiva nazzjonali "MI SA KO" għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda ta' l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li sabiex tiġi miċħuda applikazzjoni għal trade mark Komunitarja hija meħtieġa sempliċement probabbiltà globali ta' konfużjoni fost il-konsumaturi.

____________