Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta' April 2008 - Arbeitsgemeinschaft Golden Toast vs L-UASI (Golden Toast)

(Kawża T-163/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Arbeitsgemeinschaft Golden Toast e.V. (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Späth u G. Hasselblatt, Rechtsanwälte)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Awla tal-Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta' Jannar 2008 (każ R 761/2007-1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Golden Toast" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 8, 9, 11, 14, 16, 21, 24, 25, 28 sa 32, 39 u 41 sa 44 (applikazzjoni Nru 4 811 171).

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: ċaħda parzjali ta' l-applikazzjoni għal prodotti fil-klassijiet 11 u 30.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur ta' l-obbligu ta' motivazzjoni skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/94 1, minħabba li n-nuqqas ta' karattru distintiv li fuqu hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata fis-sens ta' l-Artikolu 7(1)(b) ta' dan l-istess regolament, madankollu ma ġiex eżaminat. Barra minn dan, ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament Nru 40/94, billi l-kundizzjonijiet sabiex jiġi kkonstatat il-karattru distintiv tat-trade mark irreġistrata ġew miksura.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).