Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' April 2008 - L-Italja vs Il-Kummissjoni u EPSO

(Kawża T-164/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal

Talbiet tar-rikorrenti

l-anullament ta' l-avviż ta' kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/125/08 (AD7 u AD9) sabiex tiġi stabbilita lista għar-reklutaġġ ta' 4 tobba (Kummissjoni) u ta' 9 tobba (Istituzzjonijiet oħra), rispettivament, ippubblikat fl-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea bil-lingwa Ingliża, Franċiża u Ġermaniża tal-21 ta' Frar 2008, Nru C 48A.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-kawża T-117/08, L-Italja vs Il-Kummissjoni1.

____________

1 - Li għadha mhix ippubblikata fil-ĠUUE.