Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Ġunju 2009 - Procter & Gamble vs UASI - Bayer (LIVENSA)

(Kawża T-159/08)1

("Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bayer AG (Leverkusen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Frar 2008 (Każ R 960/2007-2) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bayer AG u The Procter & Gamble Company.

Dispożittiv

M'hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.

____________

1 - ĠU C 171, 5.7.2008