Language of document : ECLI:EU:T:2010:208





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – Arbeitsgemeinschaft Golden Toast vs UASI (Golden Toast)

(Kawża T-163/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Golden Toast – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 24, 33)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-31 ta’ Jannar 2008 (Każ R 761/2007‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Golden Toast bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Arbeitsgemeinschaft Golden Toast eV

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Golden Toast għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5, 8, 9, 11, 14, 16, 21, 24, 25, 28 sa 32, 39 u 41 sa 44 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4811171

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Talba miċħuda parzjalment f’dak li jirrigwarda l-prodotti fil-klassijiet 11 u 30

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Arbeitsgemeinschaft Golden Toast e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.