Language of document :

Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2021 minn Production Christian Gallimard mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-863/19, Production Christian Gallimard vs EUIPO ( Éditions Gallimard

(Kawża C-143/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Production Christian Gallimard (rappreżentant: L. Dreyfuss-Bechmann, avocate)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Éditions Gallimard la nouvelle revue française éditions de la nouvelle revue française SA

Permezz ta’ digriet tal-5 ta’ Mejju 2021 il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Production Christian Gallimard għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________