Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 - Il-Kummissjoni vs Alexiadou

(Kawża T-312/05)1

("Klawżola ta' arbitraġġ - Kuntratt li jirrigwarda l-proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija għall-produzzjoni ta' ġlud impermeabbli - Rimbors ta' ħlas bil-quddiem - Interessi - Proċedura in kontumaċja")

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent, assistit minn D. Nikopoulos, avukat)

Konvenuta: Efrosyni Alexiadou (Tessaloniki, Il-Greċja)

Suġġett

Rikors imressaq mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 238 KE bl-għan li jinkiseb r-rimbors ta' ħlas bil-quddiem li din ta' l-aħħar kienet aċċettat li tagħti lill-konvenuta fil-kuntest ta' kuntratt li jirrigwarda l-proġett ta' żvilupp ta' teknoloġija maħsuba għall-produzzjoni ta' ġlud impermeabbli (kuntratt G1ST-CT-2002-50227).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 271, 29.10.2005.