Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-27 ta' Awwissu 2008 - Adomex International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-315/05)1

("Rikors għal annullament - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Olandiżi fis-settur tal-florikultura - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Adomex International (Aalsmeer, l-Olanda) (rappreżentanti: G. van der Wal u T. Boesman, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: H. van Vliet u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni C (2005) 592 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta' Marzu 2005, li ma jitqajmux oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna N 372/2003 dwar is-settur tal-florikultura, innotifikata mill-awtoritajiet Olandiżi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Adomex International BV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 281, 12.11.2005.