Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Settembru 2012 - Scandic Distilleries vs UASI - Bürgerbräu, Röhm & Söhne (BÜRGER)

(Kawża T-460/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BÜRGER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Bürgerbräu - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Scandic Distilleries SA (Bihor, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bürgerbräu, August Röhm & Söhne KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Mejju 2011 (Każ R 1962/2010-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bürgerbräu, August Röhm & Söhne KG u Scandic Distilleries SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Scandic Distilleries SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 331 ,12.11.2011