Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-12 ta’ April 2021 – Défense Active des Amateurs d’Armes ASBL, NG, WL vs Conseil des ministres

(Kawża C-234/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour constitutionnelle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Défense Active des Amateurs d’Armes ASBL, NG, WL

Konvenut: Conseil des ministres

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(4a) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/477/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontroll ta’ l-akkwist u l-pussess ta’ armi 1 , moqri flimkien mal-punti 6 sa 9 tal-Kategorija A tal-Parti II tal-Anness I tal-istess direttiva, jikser l-Artikolu 17(1), l-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi inkwantu ma jawtorizzax lill-Istati Membri jipprevedu sistema tranżitorja għall-armi tan-nar imsemmija fil-Kategorija A9 li ġew akkwistati b’mod legali u rreġistrati qabel it-13 ta’ Ġunju 2017, filwaqt li jawtorizzahom jipprevedu sistema tranżitorja għall-armi tan-nar imsemmija fil-Kategoriji A6 sa A8 li ġew akkwistati b’mod legali u rreġistrati qabel it-13 ta’ Ġunju 2017?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 3, rettifika fil-ĠU 2020, L 191, p. 5.