Language of document : ECLI:EU:T:2013:251





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Mejju 2013 — Nath Kalsi vs UASI – American Clothing Associates (RIDGE WOOD)

(Kawża T‑80/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva RIDGE WOOD — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti River Woods North-Eastern Suppliers — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 19, 58)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks figurattivi RIDGE WOOD u River Woods North-Eastern Suppliers (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 45, 51, 52, 56, 57, 64, 65)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Karattru addizzjonali tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 23, 24, 29, 30)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33, 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 599/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, American Clothing Associates u, min-naħa l-oħra, Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta’ Novembru 2010 (Każ R 599/2010-1), hija annullata inkwantu hija tirrigwarda l-prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 24 ikkonċernati mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni u s-servizzi “ipproċessar u rfinar ta’ ġlud, ġilda, ferijiet u tessuti” li jaqgħu taħt il-klassi 40 u koperti mit-trade mark preċedenti Nru 2785459.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Dwarka Nath Kalsi u Ajit Nath Kalsi, kif ukoll l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

4)

American Clothing Associates għandha tbati l-ispejjeż tagħha.