Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-564/10) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali – Multi – Ħlas bin-nifs – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA (Lordelo, il-Portugall) u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Calheiros u A. de Albuquerque, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, V. Bottka u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħlas tal-multa mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn l-imsemmija ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja, mingħand bank li jkun kiseb evalwazzjoni finanzjarja (rating) “AA” fit-tul sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għat-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.