Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Lulju 2013 – Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-439/11 P) 1

(Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Artikolu 81 KE u Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Suq tas-servizzi ta’ ġarr internazzjonali fil-Belġju – Linji gwida dwar l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri – Valur legali – Obbligu li jiġi ddefinit is-suq rilevanti – Portata – Dritt għal smigħ xieraq – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Imparzjalità oġġettiva tal-Kummissjoni – Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi (2006) – Proporzjon tal-valur tal-bejgħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Tnaqqis tal-multa minħabba l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva jew minħabba ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ każ – Ugwaljanza fit-trattament)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Ziegler SA (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2011, Ziegler vs Il-Kummissjoni (T-199/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tat-Trattat ŻEE (Każ COMP/38.543 - Servizzi ta’ Ġarr Internazzjonali) - Kompetizzjoni - Akkordju - Żbalji ta’ liġi - Effett sinjifikattiv fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Multa - Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1  ĠU C 347, 26.11.2011.