Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Novembru 2009 - Herm. Sprenger vs UASI- Kieffer Sattlerwarenfabrik (Rappreżentazzjoni ta' staffa)

(Kawża T-463/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH (München, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta' Settembru 2009, (Każ R 1614/2008-4);

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 599 620, imressqa minn Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 599 620 għal prodotti u servizzi fil-klassi 6

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Georg Kieffer Sattlerwarenfabrik GmbH

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni annullata u dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni

Motivi invokati :

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/20091, peress li l-karattru distintiv intrinsiku tat-trade mark ġie inġustament miċħud;

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u tal-Artikolu 52(2), flimkien mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009, peresss li ġie deċiż, b'mod żbaljat, li t-trade mark ikkontestata ma kisbitx karattru distintiv permezz tal-użu;

ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-fatti rilevanti ma ġewx eżaminati kif xieraq;

ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009 fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża;

ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell kellu jilqa' t-talba sussidjarja, għal proċedura orali, imressqa mir-rikonrrenti;

ksur tat-Trattat KE fid-dawl tad-dritt għal smigħ xieraq.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).