Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2020 – Gtflix Tv vs DR

(Kawża C-251/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gtflix Tv

Konvenut: DR

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-persuna li, temmen li jkunu nkisrulha d-drittijiet tagħha permezz tat-tixrid tal-kummenti dispreġattivi fuq l-internet, tressaq azzjoni kemm għall-finijiet tar-rettifika tad-data iżda ukoll għat-tħassir tal-kontenut, kif ukoll għall-kumpens għad-dannu morali kif ukoll id-dannu materjali li jirriżultaw minnu, tista’ titlob quddiem il-qrati ta’ kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu kontenut li tqiegħed onlajn huwa jew kien aċċessibbli, kumpens għad-danni kkawżati fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, skont is-sentenza eDate Advertising (punti 51 u 52) [sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Ottubru 2011, Kawżi magħquda C-509/09 u C-161/10] jew inkella, skont is-sentenza Svensk Handel (punt 48) [sentenza tal-Qorti tas-17 ta’ Ottubru 2017, Kawża C-194/16], dik il-persuna għandha tressaq din it-talba għal kumpens quddiem il-qorti kompetenti biex tordna r-rettifika tad-data u t-tħassir tal-kummenti dispreġattivi?

____________

1 Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1)