Rikors ippreżentat fit-18 ta' Frar 2010 - Certmedica International vs UASI - Lehning Entreprise (L112)
(Kawża T-77/10)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Certmedica International GmbH (Aschaffenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Pfortner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lehning Entreprise SARL (Sainte Barbe, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta' Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta' Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti "prodotti farmaċewtiċi u veterinarji; prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali" fil-klassi 5;
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta' Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta' Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti "prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali" fil-klassi 5;
b'mod iktar sussidjarju, tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tad-9 ta' Diċembru 2009 (Każ R 934/2009-2), innotifikata fil-21 ta' Diċembru 2009, sa fejn hija tiddikjara invalida t-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti "prodotti mediċinali għal użu orali" fil-klassi 5;
tiċħad fl-intier tagħha t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża "L.114" (F 1 312 700) u tirreġistra t-trade mark Komunitarja "L112" għall-prodotti li ġejjin:
"Klassi 5: prodotti farmaċewtiċi, veterinarji jew għall-iġjene; prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali; prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)
Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)";
sussidjarjament, tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża "L.114" (F 1 312 700), sa fejn hija intiża sabiex tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark "L112" fil-klassi 5, għall-prodotti "prodotti mediċinali għal użu orali; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali", u tirreġistra t-trade mark Komunitarja "L112" għall-prodotti li ġejjin:
"Klassi 5: prodotti għall-iġjene; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali; prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)
Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)";
b'mod iktar sussidjarju, tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja "L112" (EU 002349728), ibbażata fuq it-trade mark Franċiża "L.114" (F 1 312 700), sa fejn hija intiża sabiex tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark Komunitarja "L112" fil-klassi 5, għall-prodotti " mediċinali għal użu orali", u tirreġistra t-trade mark Komunitarja "L112" għall-prodotti li ġejjin:
"Klassi 5: prodotti għall-iġjene; prodotti mediċinali għal użu orali; prodotti tal-ikel konċentrati djetetiċi abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)
Klassi 29: prodotti tal-ikel konċentrati abbażi ta' krustaċji (bħaċ-Chitosan)";
tikkundanna lill-parti li laqgħet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti f'dawn il-proċeduri u fil-proċedimenti tal-appell;
sussidjarjament, tikkundanna lill-parti li bdiet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità għall-ispejjeż ta' tali proċedimenti biss sa fejn tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark "L112" (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti "prodotti farmaċewtiċi" (20 %);
b'mod iktar sussidjarju, tikkundanna lill-parti li bdiet il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità għall-ispejjeż ta' tali proċedimenti biss sa fejn tiġi ddikjarata l-invalidità tat-trade mark "L112" (EU 002349728) fir-rigward tal-prodotti "prodotti farmaċewtiċi; supplimenti tal-ikel għal użu mediċinali" (30 %).
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark Komunitarja verbali Nru 2 349 728 għal prodotti fil-klassijiet 5 u 29
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Lehning Entreprise SARL
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: trade mark verbali Franċiża "L.114" (trade mark Nru 1 312 700), it-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tirreferi, barra minn hekk, biss għal ċerti prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa u dikjarazzjoni ta' invalidità parzjali tat-trade mark Komunitarja kkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell tar-rikorrenti milqugħ parzjalment
Motivi invokati:
nuqqas tal-prova tal-użu tat-trade mark Franċiża "L.114" mill-parti li titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità;
nuqqas ta' xebh bejn il-prodotti fil-klassi 5;
evalwazzjoni ġuridikament żbaljata tal-Bord tal-Appell fir-rigward tax-xebh bejn is-sinjali
____________