Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2021 minn Luis Miguel Novais mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Ottubru 2021 fil-Kawża T-595/21, Novais vs Il-Portugall

(Kawża C-816/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellant: Luis Miguel Novais (rappreżentanti: Á. Oliveira u C. Almeida Lopes, advogados)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża

Permezz ta’ digriet tal-11 ta’ Marzu 2022, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet li tiċħad l-appell bħala manifestament infondat u Luís Miguel Novais għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.

____________