Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto - Juízo Local Criminal de Vila Nova de Gaia (ilPortugall) fl20 ta’ Marzu 2024 – proċeduri kriminali kontra YX

(Kawża C215/24, Fira )1

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca do Porto - Juízo Local Criminal de Vila Nova de Gaia

Parti fil-kawża prinċipali

YX

Domandi preliminari

L-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’, wara li jkun irrifjuta li jeżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew skont l-Artikolu [4(6)] tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri , billi jinvoka r-residenza tal-persuna kkundannata, u wara li jkun irrikonoxxa s-sentenza ta’ kundanna u diġà matul il-proċedura ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza, jissospendi l-piena li ċċaħħad il-libertà effettiva imposta mill-Istat emittenti fid-deċiżjoni ta’ kundanna tiegħu, abbażi tal-kompetenza tiegħu bħala Stat ta’ eżekuzzjoni u tal-applikazzjoni tad-dritt nazzjonali tiegħu?1

Id-deċiżjoni tal-korp ġudizzjarja tal-Istat emittenti, li debitament tkun saret res judicata, tista’ tiġi emendata mill-korp ġudizzjarju tal-Istat ta’ eżekuzzjoni lil hinn mill-każijiet previsti fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 17(1) u (2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27)?

L-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istat ta’ eżekuzzjoni jagħti sospensjoni tal-piena li ċċaħħad il-libertà effettiva, billi japplika l-kundizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tiegħu, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat emittenti, konformement mad-dritt nazzjonali tagħhom, ma jkunux għamlu dan?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domandi preċedenti:

Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12, 13 u 17(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, l-entitajiet ġudizzjarji Spanjoli (Stat ta’ eżekuzzjoni) ma kinux meħtieġa jinformaw minn qabel lill-Istat emittenti dwar il-fehma tagħhom fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi sospiża l-piena li ċċaħħad il-libertà li għaliha tkun ġiet ikkundannata l-persuna akkużata?

____________

1L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.