Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – Ferracci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli – Eżenzjoni mogħtija lill-istituzzjonijiet mhux kummerċjali li jeżerċitaw attivitajiet speċifiċi – Test uniku ta’ taxxa fuq id-dħul – Eżenzjoni mit-taxxa muniċipali unika – Deċiżjoni li parzjalment tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat u parzjalment tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni – Interess dirett – Ammissibbiltà – Impossibbiltà assoluta ta’ rkupru – Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999– Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pietro Ferracci (San Cesareo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment A. Nucara u E. Gambaro, sussegwentement E. Gambaro avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Di Bucci, G. Conte u D. Grespan, sussegwetement G. Conte, D. Grespan u F. Tomat, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u G. De Bellis, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/284/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.20829 (C 26/2010, qabel NN 43/2010 (qabel CP 71/2006)) Is-sistema għall-eżenzjoni mill-ICI għal bini [taxxa muniċipali fuq il-proprjetajiet immobbli] li jintuża minn istituzzjonijiet mhux kummerċjali għal skopijiet speċifiċi li ġiet implimentata mill-Italja (ĠU 2013, L 166, p. 24)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pietro Ferracci huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.

____________

1 ĠU C 164, 8.6.2013.