Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta' Lulju 2012 - Ghreiwati vs Il-Kunsill

(Kawża T-543/11) 

"Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Revoka tal-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emad Ghreiwati (Al Maliki, is-Sirja) (rappreżentant: P.-F. Gaborit, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Bartelt u E. Cujo, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 878/2011, tat-2 ta' Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 228, p. 1), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/522/PESK, tat-2 ta' Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 228, p. 16) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 950/2011, tat-23 ta' Settembru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 247, p. 3), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/628/PESK, tat-23 ta' Settembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 247, p. 17), sa fejn isem ir-rikorrent tniżżel fil-listi ta' persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 355, 03.12.2011.