Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Elliniko Kazino Parnithas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/12) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Annullament tal-att ikkontestat – Tmiem tas-suġġett tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elliniko Kazino Parnithas AE (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Niejahr, avukat, F. Carlin, barrister, Q. Azau, F. Spyropoulos, I. Dryllerakis, K. Spyropoulos, A. Komninos, K. Struckmann, avukati u M. Powell, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (D. Triantafyllou, H. van Vliet u P. J. Loewenthal, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta : Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE (Loutraki, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Mejju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 16/10 (ex NN 22/10, ex CP 318/09) implementata mill-Ġreċja lil ċerti każinojiet Griegi (ĠU L 285, p. 25).

Dispożittiv

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Elliniko Kazino Parnithas AE.

Koinopraxia Touristiki Loutrakiou AE OTA – Loutraki AE – Klab Otel Loutraki Kazino Touristikes kai Xenodocheiakes Epicheiriseis AE għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 65, 3.3.2012.