Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2022 – VEB.RF vs Il-Kunsill

(Kawża T-288/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: State Development Corporation “VEB.RF” (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Iriarte Ángel u E. Delage González, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK 1 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendata 2 , f’dak kollu li din tagħmel riferiment jew tista’ taffettwa lill-entità rikorrenti.

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 1 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, kif emendat 2 , f’dak kollu li dan jagħmel riferiment jew jista’ jaffettwa lill-entità rikorrenti.

tannulla l-Artikolu 1e, f’relazzjoni mal-Anness VIII, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK 1 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, fil-verżjoni emendata tagħha 2 , f’dak kollu li dan jagħmel riferiment jew jista’ jaffettwa lill-entità rikorrenti.

tannulla l-Artikolu 5h, f’relazzjoni mal-Anness XIV, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 833/2014 1 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, fil-verżjoni emendata tiegħu 2 , f’dak kollu li dan jagħmel riferiment jew jista’ jaffettwa lill-entità rikorrenti.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin.

Motivi li huma bbażati fuqhom l-ewwel żewġ talbiet:

a) Żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li d-dispożizzjonijiet ikkontestati huma bbażati fuqhom.

b) Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

c) Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

d) Ksur tad-dritt għall-proprjetà f’relazzjoni mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

e) Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

f) Użu ħażin ta’ poter

Motivi li huma bbażati fuqhom l-aħħar żewġ talbiet:

a) Nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

b) Żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti li d-dispożizzjonijiet ikkontestati huma bbażati fuqhom.

c) Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

d) Ksur tad-dritt għall-proprjetà.

e) Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

____________

1 ĠU 2014, L 78, p. 16.

1 Emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/265 tat-23 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 421, p. 98, rettifika fil-ĠU 2022, L 55, p. 81).

1 ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.

1 Emendat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/260 tat-23 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 42I, p. 3).

1 ĠU 2014, L 229, p. 13, rettifika fil-ĠU 2014, L 263, p. 35.

1 Emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/346 tal-1 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 63, p. 5).

1 ĠU 2014, L 229, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2014, L 246, p. 59, fil-ĠU 2022, L 114, p. 214.

1 Emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/345 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 63, p. 1).