Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2014 – Siemens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-223/11) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Kuntratt dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Interessi moratorji”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Siemens AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Risse, R. Harbst u H. Haller, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Mölls, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Krämer, avukati)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq klawżola ta’ arbitraġġ intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lura l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tar-reċiklaġġ ta’ materjali fissili, sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru AG 2052, dwar is-self ta’ materjali fissili intiżi għas-sit ta’ Ispra (l-Italja) taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka tagħha, flimkien mal-interessi moratorji.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Siemens AG hija kkundannata għall-ispejjeż.