Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Mejju 2009 - Spa Monopole vs UASI- Club de Golf Peralada (WINE SPA)

(Kawża T-183/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u O. Klimis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Club de Golf Peralada, SA (Barċellona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Marzu 2009 fil-Każijiet magħquda R 1231/2005-4 u R 1250/2005-4; kif ukoll

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Club de Golf Peralada, SA

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "WINE SPA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 16, 24, 25 u 42.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjonijiet varji nazzjonali, internazzjonali u Komunitarji tat-trade mark "SPA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 32 u 42 rispettivament; reġistrazzjoni fil-pajjiżi tal-Benelux u internazzjonali tat-trade mark "LES THERMES DE SPA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 42; reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark "SPA MONOPOLE S.A. SPA" għal prodotti fil-klassi 3; S.A. SPA Monopole, Compagnie fermière de Spa, en abrégé S.A. Spa Monopole N.V., société anonyme, isem ta' kumpannija protett fil-Belġju; Les Thermes de Spa, Place Royale 2, 4900 Spa, il-Belġju, isem kummerċjali protett fil-Belġju.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata parzjalment u l-oppożizzjoni miċħuda fit-totalità tagħha

Motivi invokati: Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament tal-Kunsill 207/20091, peress li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell ittieħdet bi ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq, kif ukoll bi ksur tal-prinċipju tal-kontradittorju; Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ibbaża l-evalwazzjoni tiegħu tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedneti "SPA" fuq elementi żbaljati u mhux stabbiliti u naqas milli jevalwa x-xebh bejn it-trade marks ikkonċernati fir-rigward tal-prodotti li għalihom ġew reġistrati jew li saret applikazzjoni għalihom. Fl-aħħar, il-Bord tal-Appell naqas milli jeżamina jekk l-użu tat-trade mark Komunitarja kkonċernata setax jieħu vantaġġ inġust ta' jew ikun ta' ħsara għall-karattru distintiv u r-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti "SPA", u b'hekk jikser l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)