Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Frar 2010 - Acciaierie e Ferriere Leali Luigi e Leali vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-56/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Acciaierie e Ferriere Leali Luigi SpA (Brescia, l-Italja), Leali SpA (Odolo, l-Italja) (rappreżentant: G. Belotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Diċembru 2009 li bidlet id-deċiżjoni preċedenti C(2009) 7492 finali, adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta' Settembru 2009.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-55/10, SP vs Il-Kummissjoni.

____________