Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta' Ottubru 2011 - Uralita vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/08) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-klorat tas-sodju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Rikors għal annullament - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uralita, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. S. Forrester, QC, K. Struckmann, P. Lindfelt u J. Garcia-Nieto Esteva, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, R. Sauer, A. Biolan u J. Bourke, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali, tal-11 ta' Ġunju 2008, dwar proċediment [proċedura] skont l-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/F/38.695 - Klorat tas-Sodju) sa fejn l-imsemmija deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Uralita, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 285, 8.11.2008.