Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Awissu 2008 - Uralita vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/08)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Uralita, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: I. Forrester, K. Struckmann, P. Lindfelt, J. Garcia-Nieto Esteva, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2008 - Każ COMP/F/38.695 - Klorat tas-sodju, safejn tirrigwarda lil Uralita; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob l-annullament parzjali skont l-Artikolu 230 KE tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2626 finali, tal-11 ta' Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.695 - Klorat tas-sodju) safejn tiddetermina li r-rikorrenti għandha tinżamm responsabbli in solidum għall-ksur allegatament imwettaq minn Aragonesas, li fiha r-rikorrenti għandha sehem, fil-perijodu bejn is-16 ta' Diċembru 1996 u d-9 ta' Frar 2000.

Ir-rikorrenti tressaq żewġ motivi insostenn tar-rikors tagħha:

Fl-ewwel lok, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta' liġi meta żammet lil Uralita responsabbli għall-aġir ta' Aragonesas bis-saħħa tar-responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-kumpannija sussidjarja.

Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball ta' liġi meta żammet lil Uralita responsabbli għall-aġir ta' Aragonesas bis-saħħa ta' surroga.

____________