Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Jannar 2009 - Pannon Hőerőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/08 R)

(Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mogħtija mill-Ungerija favur ċerti produtturi tal-elettriku, permezz ta' ftehim ta' xiri ta' elettriku - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenża - Ibbilanċjar tal-interessi)

Lingwa tal-kawża: L-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Pannon Hőerőmű Energiatermelő, Kereskedelmi és Szolgáltató Zrt. (iktar 'il quddiem "Pannon Hőerőmű Zrt.") (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentanti: M. Kohlrusz, P. Simon u G. Ormai, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: C. Giolito u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2223 finali, tal-4 ta' Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija permezz ta' ftehim ta' xiri ta' elettriku.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________