Language of document : ECLI:EU:T:2009:15





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-23 ta’ Jannar 2009 – Pannon Hőerőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ungerija favur ċerti produtturi tal-elettriku, permezz ta’ ftehim ta’ xiri ta’ elettriku – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 10-13)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu purament ipotetiku bbażat fuq is- seħħ ta’ avvenimenti futuri u inċerti (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 27, 28, 30, 33)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba – Preżentata ta’ nota addizzjonali bl-għan li tirrimedja għal nuqqasijiet – Inkompatibbiltà mal-proċeduri għal miżuri provviżorji (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikoli 104(2) u (3), u 109) (ara l-punti 31, 32)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE u 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 40, 54)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Deċiżjoni dwar għajnuna mill-Istat (Artikoli 88(2) KE, 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 58, 59)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 2223 finali, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika tal-Ungerija permezz ta’ ftehim ta’ xiri tal-elettriku.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.