Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Málaga (Spanja) fis-17 ta’ Jannar 2022 – CAJASUR Banco S.A. vs JO u IM

(Kawża C-35/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Málaga

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CAJASUR Banco S.A.

Konvenuti: JO u IM

Domandi preliminari

Huwa kuntrarju għad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għall-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jiġi meħtieġ li l-konsumatur, qabel il-proċedura ġudizzjarja, ikun l-ewwel ressaq ilment ekstraġudizzjarju sabiex id-dikjarazzjoni ta’ invalidità minħabba kundizzjoni ġenerali speċifika inġusta tal-kuntratt tagħti lok għall-effetti kollha ta’ kumpens (inklużi l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja) relatati ma’ din l-invalidità, skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 ?

Huwa konformi mad-dritt għal kumpens sħiħ u mal-effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, li jiġi ddeterminat kriterju ta’ impożizzjoni tal-ispejjeż (inklużi spejjeż ġudizzjarji) li jiddependi mill-eżistenza ta’ lment ekstraġudizzjarju minn qabel imressaq mill-konsumatur quddiem l-entità finanzjarja sabiex titneħħa l-imsemmija klawżola?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.