Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' Ottubru 2011 - Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-538/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J. Halleux, assistiti minn L. Van den Hende, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE) fil-bovini implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)];

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Il-miżuri implementati mill-Belġju ma jinkludu ebda vantaġġ selettiv favur il-bdiewa, il-biċċeriji u entitajiet oħra involuti fl-ipproċessar, fil-manipulazzjoni, fil-bejgħ u fil-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti li joriġinaw minn bovini u li huma suġġetti għal test għall-BSE obbligatorju skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

____________