Language of document : ECLI:EU:T:2017:621





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Settembru 2017 –
IlĠermanja vs IlKummissjoni

(Kawża T116/10)

“Rikors għal annullament – FEŻR – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Land Nordrhein-Westfalen – Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Rikors manifestament fondat”

1.      Rikors għal annullament – Motivi – Ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali – Eżami ex officio mill-qorti – Kundizzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 60, 61)

2.      Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Regoli proċedurali – Dħul fis-seħħ immedjat

(Regolament tal-Kunsill Nru 1083/2006, Artikolu 100(5))

(ara l-punti 68, 71)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997‑1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120 tas-7 ta’ Mejju 1997.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 10675 tat-23 ta’ Diċembru 2009 dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) favur il-programm tal-Land Nordrhein-Westfalen dwar l-objettiv 2 (1997‑1999) fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 1120 tas-7 ta’ Mejju 1997 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.