Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-49/14) 1

[“Indikazzjoni ġeografika protetta – ‘Kołocz śląskiʼ jew ʽKołacz śląski’ – Proċedura ta’ annullament – Bażi legali – Regolament (KE) Nru 510/2006 – Regolament (UE) Nru 1151/2012 – Raġunijiet ta’ annullament – Drittijiet fundamentali”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung, M. Teworte-Vey, A. Renvert u J. Saatkamp, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Guillem Carrau u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/663/UE, tal-14 ta’ Novembru 2013, dwar ir-rifjut ta’ talba għall-kanċellament ta’ isem imdaħħal fir-reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [Kołocz śląski/kołacz śląski (IGP)] (ĠU L 306, p. 40).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Zentralverband des Deutschen Bäckerhandwerks eV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 112, 14.4.2014.