Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-3 ta’ Awwissu 2021 – Proċeduri kriminali kontra SN u SD. Il-partijiet l-oħra: Governor of Cloverhill Prison, Ireland, Attorney General, Governor of Mountjoy prison

(Kawża C-479/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Proċeduri kriminali kontra

SN u SD

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE 1 fir-rigward tar-Renju Unit, matul il-perijodu ta’ tranżizzjoni previst f’dan il-ftehim, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ 2 ; u

Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni li jipprevedu ż-żamma tas-sistema tal-MAE fir-rigward tar-Renju Unit wara l-perijodu rilevanti ta’ tranżizzjoni, jistgħu jitqiesu li huma vinkolanti għall-Irlanda b’teħid inkunsiderazzjoni tal-kontenut sinjifikattiv tiegħu fil-qasam tal-AFSJ?

____________

1     Mandat ta’ arrest Ewropew.

2     Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.