Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2013 – Schmidt Spiele vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord)

(Kawża T-493/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schmidt Spiele GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Sommer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1768/2012-1;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

tistabbilixxi data għas-seduta għas-sottomissjonijiet orali.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi r-rappreżentazzjoni ta’ logħba fuq bord, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 592 095Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni rrifjutataDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.