Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 – Boston Scientific Neuromodulation vs UASI (PRECISION SPECTRA)

(Kawża T-497/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boston Scientific Neuromodulation Corp. (Valencia, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 2099/2012-5;

tiddikjara li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 009725912 hija eliġibbli għar-reġistrazzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PRECISION SPECTRA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 10 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 725 912

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b), 7(1)(c) u 65(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja