Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2013 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda Holding (watt)

(Kawża T-494/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Inceda Holding (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Lulju 2013 fil-Każ R 1192/2012-4;

tikkundanna l-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “watt” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 3 820 313

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Inceda Holding

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark inkwistjoni ddikjarata invalida

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009