Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda (WATT u WATT)

(Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13) 1

([“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT – Raġuni assoluta għal rifjut – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Inceda Holding GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wald u D. Thrun, avukati)

Suġġett

Fil-Kawża T-494/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1192/2012-4), u, fil-Kawża T-495/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1193/2012-4), relatati ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inceda Holding GmbH u Sales & Solutions GmbHDispożittiv1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.2)    Sales & Solutions GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Inceda Holding GmbH fil-Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13.